MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI

Fuq dan is-sit elettroniku issib informazzjoni dwar il-portafoll u l-istruttura amministrattiva tal-Ministeru flimkien ma’ informazzjoni utli dwar programmi u inizjattivi varji relatati mas-settur kulturali, riżorsi għall-artisti, organizzazzjonijiet kulturali, u għall-pubbliku ġenerali. Mela kemm jekk int professjonist kreattiv, dilettant tal-arti, jew sempliċiment interessat li tesplora l-kultura ta’ pajjiżna, nistidnuk iżżur il-websajt tagħna biex tiskopri l-aħħar aħbarijiet, avveniment u riżorsi. Dan minbarra informazzjoni dwar avvenimenti teatrali, mużikali u artistiċi li jifformaw parti mix-xena kulturali Maltija.